Alla l-Aktar Ħanin,
Niġu quddiemek fid-dgħufija tagħna.
Niġu quddiemek fil-biża’ tagħna.
Niġu quddiemek b’fiduċja,
Għax Int waħdek int it-tama tagħna.
Inqiegħdu quddiemek il-mard li jinsab fid-dinja tagħna.
Induru lejk fiż-żmien tal-bżonn tagħna.
Agħti l-għerf lit-tobba.
Agħti l-fehma lix-xjenzati.
Imla lil dawk li jieħdu ħsieb l-oħrajn b’kompassjoni u ġenerożità.
Ġib il-fejqan lil dawk li huma morda.
Ipproteġi lil dawk li huma l-aktar f’riskju.
Agħti l-faraġ lil dawk li tilfu lil xi ħadd għażiż.
Ilqa’ lil dawk li mietu fid-Dar Eterna Tiegħek.
Saħħaħ il-komunitajiet tagħna.
Għaqqadna fil-kompassjoni.
Neħħi kull biża’ minn qalbna.
Imliena b’fiduċja fil-ħarsien Tiegħek.
(semmi hawn it-tħassib u t-talb personali tiegħek)
Ġesù, jien nafdak.
Ġesù, jien nafdak.
Ġesù, jien nafdak.
Ammen
Litanija Qasira lill-Omm Imqaddsa tagħna
Madonna, Reġina tal-Paċi, itlob għalina.
Madonna, Faraġ tal-Imnikktin, itlob għalina.
Madonna, Għajnuna tal-Insara, itlob għalina.
Madonna, Saħħa tal-Morda, itlob għalina.
Madonna, Tron tal-Għerf, itlob għalina.
Madonna, Reġina tas-Sema u tal-Art, itlob għalina.
Ammen