Stqarrija għall-istampa
Bħalma jsir kull sena fil-jiem tal-Festa ta’ San Ġużepp, din is-sena wkoll ser issir il-preżentazzjoni tat-trabi u tfal lil San Ġużepp.
Din is-sena, il-preżentazzjoni tat-trabi u tfal ser issir il-Ġimgħa, 14 ta’ Marzu wara l-quddies tas-6am fis-Santwarju Nazzjonali ta’ San Ġużepp Inkurunat Knisja Santa Marija ta’ Ġesù – Patrijiet Franġiskani – Rabat.

Dawk il-persuni li jixtiequ jipreżentaw lit-trabi u t-tfal għandhom għandhom jimlew il-formola li tista’ tinkiseb mis-sagristija tal-knisja mingħand il-Gwardjan Patri Clive Camilleri Ofm, jew permess ta’ email fuq sanguzepprabat@gmail.com, messaġġ fuq WhatsApp fuq in-numri 7700 1930 jew mill-mezzi soċjali. Tista’ anke tagħmel ir-reġistrazzjoni online – https://forms.gle/cPZcPFywBi135kTH6
L-applikazzjoni trid tkun mimlija bl-informazzjoni mitluba u tingħata lura lil Gwardjan, jew tintbagħat bil-posta fuq Kaxxa Postali 9, Rabat jew inkella tintbagħat bħala email fuq sanguzepprabat@gmail.com sal-Ħadd, 9 ta’ Marzu.
Ħeġġu lil sħabkom jew qrabatkom biex jipreżentaw lit-trabi tagħhom taħt il-protezzjoni u l-ħarsien ta’ San Ġużepp, il-qaddis li Alla stess tah il-permess li jieħu ħsieb it-trobbija ta’ Ġesu’ Kristu, Alla mgħamul Bniedem.
Ritratt via Storyblocks.com