Papa jattendi l-ordinazzjoni episkopali tal-isqof awżiljarju ġdid ta’ Ruma

Marco Mancini via Catholic News Agency

Il-Papa Franġisku attenda għall-ordinazzjoni episkopali tal-Isqof awżiljarju u viċigerent ġdid ta’ Ruma fil-Bażilika ta’ San Ġwann Lateran il-Ħamis waranofsinhar.

Monsinjur Renato Tarantelli Baccari ta’ 48 sena, li nħatar isqof awżiljarju ta’ Ruma u viċigerent tad-Djoċesi ta’ Ruma mill-ponti fil-21 ta’ Novembru 2024, irċieva l-ordinazzjoni episkopali tiegħu mingħand il-Kardinal Baldassare Reina, vigarju tal-Papa għal Ruma.

Il-Kardinal Christoph Schönborn, Arċisqof ta’ Vjenna, u l-Isqof Michele Di Tolve, isqof awżiljarju ta’ Ruma, servew bħala ko-konsagraturi.

Il-Kardinal Reina jindirizza lill-kongregazzjoni waqt il-Quddiesa tal-ordinazzjoni episkopali ta’ Mons. Renato Tarantelli Baccari fil-Bażilika ta’ San Ġwann Lateran f’Ruma, 4 ta’ Jannar 2025. Kreditu: Daniel Ibáñez/CNA
Il-Kardinal Reina jindirizza lill-kongregazzjoni waqt il-Quddiesa tal-ordinazzjoni episkopali ta’ Mons. Renato Tarantelli Baccari fil-Bażilika ta’ San Ġwann Lateran f’Ruma, 4 ta’ Jannar. Kreditu: Daniel Ibáñez/CNA

Fl-omelija tiegħu, il-Kardinal Reina enfasizza tliet azzjonijiet fundamentali li jiddefinixxu l-vokazzjoni ta’ isqof: “li jindika, isegwi, u jibqa’.” Il-Kardinal spjega li dawn l-azzjonijiet jiddeskrivu kemm “il-vokazzjoni tar-ragħajja” kif ukoll “il-missjoni fdata f’idejn Don Renato”.

Tarantelli Baccari, li kien ordnat saċerdot mill-Papa Franġisku fl-2018, se jservi bħala Isqof awżiljarju għas-settur tan-nofsinhar tad-Djoċesi ta’ Ruma. Avukat kanoniku b’taħriġ, jingħaqad ma’ erba’ Isqfijiet awżiljarji oħra li bħalissa qed jaqdu d-Djoċesi ta’ Ruma taħt il-Papa Franġisku, li jservi bħala Isqof tad-djoċesi.

Isqof Renato Tarantelli Baccari, isqof awżiljarju ġdid maħtur ta’ Ruma u viċigerent tad-Djoċesi ta’ Ruma, waqt l-ordinazzjoni episkopali tiegħu fil-Bażilika ta’ San Ġwann Lateran, 4 ta’ Jannar, 2025. Kreditu: Daniel Ibáñez/CNA
Isqof Renato Tarantelli Baccari, isqof awżiljarju ġdid maħtur ta’ Ruma u viċigerent tad-Djoċesi ta’ Ruma, waqt l-ordinazzjoni episkopali tiegħu fil-Bażilika ta’ San Ġwann Lateran, 4 ta’ Jannar. Kreditu: Daniel Ibáñez/CNA

Qabel il-konklużjoni taċ-ċelebrazzjoni, l-Isqof li għadu kif ġie ordnat irringrazzja lill-Papa Franġisku talli “ġie hawn illum fil-katidral tiegħek, fost in-nies tad-djoċesi maħbuba tiegħek, din il-Knisja sabiħa ta’ Ruma.”

Tarantelli Baccari fakkar fir-rakkomandazzjonijiet tal-Papa għal kull ragħaj u “pellegrin tat-tama”: “Itlob dejjem, qatt ma tgħejja, dejjem aħfer, imxi ‘l quddiem bil-kuraġġ u titlifx it-tbissima, u fuq kollox, qatt ma titlef is-sens tal-umoriżmu.”

L-intern tal-Arċibażilika ta’ San Ġwann Lateran waqt iċ-ċerimonja tal-ordinazzjoni episkopali, bis-saqaf ornat tar-Rinaxximent u l-istatwarju tal-irħam li jipprovdu ambjent maestuż għaċ-ċelebrazzjoni sagra. Kreditu: Daniel Ibáñez/CNA
L-intern tal-Arċibażilika ta’ San Ġwann Lateran waqt iċ-ċerimonja tal-ordinazzjoni episkopali, bis-saqaf ornat tar-Rinaxximent u l-istatwarju tal-irħam li jipprovdu ambjent maestuż għaċ-ċelebrazzjoni sagra. Kreditu: Daniel Ibáñez/CNA

Id-Djoċesi ta’ Ruma tista’ dalwaqt tara ħatra episkopali oħra. Is-settur tat-Tramuntana tad-djoċesi jibqa’ vakanti wara t-trasferiment tal-Isqof Daniele Salera biex imexxi d-Djoċesi ta’ Ivrea. Is-setturi l-oħra bħalissa huma assenjati: is-settur tal-Lvant lill-Isqof Paolo Ricciardi, is-settur tal-punent lill-Kardinal Baldassare Reina, u s-settur tan-nofsinhar lill-Isqof Tarantelli Baccari li għadu kif ġie ordnat.

Sorsi tal-Vatikan jindikaw li s-settur tat-Tramuntana jista’ jiġi assenjat lil wieħed minn żewġ Isqfijiet awżiljarji li bħalissa ma jissorveljawx settur: l-Isqof Michele Di Tolve jew l-Isqof Benoni Ambarus.

Traduzzjoni mħejjija u adattata minn Lara Zammit għal tbissima.mt. It-test oriġinali bl-Ingliż jappartjeni lill-Catholic News Agency.

Fir-ritratt: Il-Papa Franġisku jqiegħed idejh fuq Renato Tarantelli Baccari — ġest li jfisser l-għoti tal-awtorità episkopali li jmur lura għal żminijiet appostoliċi — fil-Bażilika ta’ San Ġwann Lateran, 4 ta’ Jannar 2025. Kreditu: Daniel Ibáñez/CNA. Ritratti kollha miġjuba permezz ta’ Catholic News Agency Access for Editors

LURA GĦALL-FAĊĊATA