Il-Missjoni MSSP fil-Pakistan

S05E03

Peress li għada li jixxandar dan il-programm jaħbat il-Jum Dinji Missjunarju, Joe u Veronica Farrugia tkellmu ma’ Fr Bernard Mangion mssp fl-ewwel parti tal-programm u Fr Hector Attard mssp fit-tieni parti. Fr Bernard huwa patri li għamel ħafna snin fil-missjoni mssp tal-Pakistan. Hu ħabb dan il-post u lin-nies li għalkemm in-nies insara huma fqar, kienu ġenerużi bil-mod tagħhom. Imma qabel xejn ser insiru nafu ftit dwar ċkunitu u żogħżitu . Meta ġietu l-vokazzjoni tas-saċerdozju, u l-esperjenza tiegħu fis-snin li kien il-Pakistan. Fr Hector Attard mssp huwa aktar żagħżugħ u ilu ukoll għal xi snin il-Filippini. Imma kien ukoll il-Peru’. Patri li fin-natura jsib il-mistrieħ u s-serenità li għandu bżonn wara xi ġurnata xogħol u xi diffikultajiet li jiltaqa’ magħhom. Kif jgħin liż-żagħżagħ fil-Filippini, dawk li jkollhom il-vokazzjoni tas-saċerdozju.? Dan u aktar waqt il-programm Sabiħa l-Ħajja.

SERJE
SABIĦA L-ĦAJJA 2026/2027
Xerred it-tbissima

Ara Aktar

25min
Play
Il-Kitba
S05E04
26min
Play
Atturi
S05E05
25min
Play
Patrijiet Agostinjani
S05E01
26min
Play
Ix-Xandir
S05E02
22min
Play
Fr Louis Mallia MSSP
S04E39
22min
Play
Fr Alex Busuttil MSSP
S04E38
LURA GĦALL-FAĊĊATA