Fr Louis Mallia MSSP
Fr Louis Mallia, d-direttur tad-Dar ta’ San Ġużepp ser ikun l-mistieden għal-aħħar programm mis-sensiela Sabiħa l-Ħajja flimkien ma’ Joe u Veronica Farrugia għal din l-iskeda. Ser jitkellem dwar din id-dar u anke dwar il-Maratona Oħloq Tbissima li ser tittella’ mill-10 sat-12 ta’ Lulju. Bħal dawn l-aħħar 23 sena anke l-One ser ixandar partijiet minnha f’ħinijiet varji. Fr Louis ser jitkellem dwar il-missjonijiet tal-Pakistan, Filippini u l-Perù. Kif ukoll dwar il-bżonnijiet li t-tfal u ż-żagħżagħ li jgħixu fid-dar ta’ San Ġużepp ikollhom bżonn min żmien għall-żmien. Għalhekk kunu magħna biex issegwu dak li ser jitkellem dwaru Fr Louis li issa sar parti mportanti mal-familja tal-One minħabba l-quddiesa li jwassal kuljum fit-8.00am. Fr Karm Debattista mssp jispjega l-Evanġelju tal-Ħadd fuq mistoqsijiet li jagħmillu Aaron Fenech.