Id-Disinn ta’ Alla sabiħ

S01E29

'Id-Disinn ta’ Alla sabiħ' hija l-istorja li ser jaqra Fr Louis fuq kitba tiegħu stess. Ser immorru Spanja u ser nidħlu fil-ħajja ta’ persuna li għamlet ħafna ġid. Ser naraw familja ta’ 6 aħwa li l-missier kien jismhu Jose Ramon Aruppe u l-omm Maria Gondra. Kienu sinjuri għax il-missier kien negozjant. Kienu familja kattolika, jmorru l-quddies, jitolbu u jgħinu ħafna nies oħra. Darba fost l-oħrajn il-missier imut . Tistgħu timmaġinaw d-dieqa li kienu għaddejjin minnha din il-familja. Għalhekk l-omm staqsiethom jekk fis-sajf wara li jispiċċaw l-eżamijiet li kienu qed jagħmlu, l-aktar il-kbir Pedro li kien qed jistudja għal Tabib, biex imorru Lourdes. Huma marru u kif Pedro kien qed jgħin tfajjel fuq is-siġġu tar-roti biex jinżel fil-banju u wara attendew għall-quddiesa ġara xi ħaġa li ma kienux qed jistennewha. Xinhi? Segwi Stejqer flimkien ma’ Kimberly Ancilleri u t-tfal Daniel, Timmy u Jack.

SERJE
STEJQER 2025/2026
Xerred it-tbissima

Ara Aktar

21min
Play
Il-Flimkien joħloq festa
S01E30
21min
Play
Eroj tal-Imħabba Kristjana
S01E31
21min
Play
Muntajna Denali
S01E32
21min
Play
Traġedja tinbidel f’Barka
S01E33
20min
Play
Taħfer isbaħ
S01E34
21min
Play
Azzjoni mhux paroli
S01E35
LURA GĦALL-FAĊĊATA