Ir-rigal tal-Milied
'Ir-rigal tal-Milied' hija l-istorja li ser jirrakkonta Fr Louis Mallia mssp fuq kitba tiegħu stress. Erġajna ser immorru l-Amerika din id-darba New York. U hemm ser niltaqgħu ma’ Bob li kien sinjur ħafna. Kellu tewmin bniet li meta kibru wara li studjaw u ggradwaw, għamlu għażliet differenti. Ġara l-mara li kien iħobb ħafna mietet meta kienet qed twelled lit-tewmin. Bob kien refuġjat l-Amerika għax kien ħarab mill-Italja fit-tieni gwerra dinjija. X’kienu l-għażliet li għamlu t-tfal tiegħu meta kibru? Kif żvolġiet l-istorja. Segwi Stejqer flimkien ma Fr Louis, Kimberly u t-tfal li ta’ kull ġimgħa jistaqsu mistoqsijiet interessanti biex jifmhu aktar kif huma wkoll għandhom janaliżżaw l-istorja u anke kif jgħixu mal-familja u ma sħabhom.