L-ewwel Presepju tal-Milied
S01E12
Fr Louis Mallia fuq kitba tiegħu stess ser jirrakkonta lit-tfal Sam, Leah, Alisa u Timothy dwar l-ewwel Presepju tal-Milied. Kimberly Ancilleri li tippreżenta l-programm Stejqer ser tistaqsi wkoll lit-tfal dwar min kien San Franġisk li kien l-awtur ta’ l-ewwel presepju fi Greccio. L-istorja teħodna fi Greccio f’raħal ċkejken fuq il-muntanji tal-Appennini fl-Italja. Franġisku ried jagħmel quddiesa fl-Lejliet il-Milied f’għar fil-muntajna fejn Gwanni Velita, ħabib ta’ Franġisku qiegħed ukoll baqra u ħmara. X’jiġri waqt il-quddiesa? Segwu Stejqer kemm fuq it-televiżjoni u anke jekk wieħed jagħmel l-app Tbissima.mt ikun jista’ jarah wara li jkun ixxandar fuq TVM+.
SERJE
STEJQER 2025/2026
Xerred it-tbissima