Madre Tereża ta' Kalkutta

E14

Il-qaddisa li ser titkellem dwarha Francesca Briffa Polidano hija Madre Tereża ta’ Kalkutta. Fr Kevin Schembri ser jiddiskrivi l-aktar punti mportanti fil-ħajja ta’ din il-qaddisa ta’ żmienna li kull ma għamlet u fejn marret ħalliet impatt kbir ma’ kull min iltaqgħet. Ser naraw kif rnexxielha żżomm ir-reżiljenza emozzjonali u mentali tagħha quddiem il-faqar u t-tbatija. Għadu relevanti l-messaġġ ta’ Madre Tereża ta’ servizz bla egoiżmu u mogħdrija fis-soċjetà individwalista u mgħaġġla tal-lum? Ser naraw ukoll żewġ clips qosra minn żewġ sorijiet, Sr Catherine Therese u Sr Miriam De Jesus, li qedin jgħinu ħafna familji Maltin f’Malta. Il-kariżmà ta’ dawn is-sorijiet li jgħixu verament fil-faqar, hija xi ħaġa li ta min ifaħħarha. Produzzjoni Marthese Brincat Direzzjoni Viżiva ta’ Paul Jones Direzzjoni Fr Louis Mallia mssp.

SERJE
JIEN INT 2024/2025
Xerred it-tbissima

Ara Aktar

30min
Play
San Mikiel
E15
29min
Play
Carlo Acutis
E16
28min
Play
Santa Clara
E17
29min
Play
San Girgor il-Kbir
E18
30min
Play
San Pawl
E19
28min
Play
San Valentinu
E20
LURA GĦALL-FAĊĊATA