San Mikiel
Ir-rwol ta’ San Mikiel bħala protettur kif jirrelata mal-missjoni tal-NGO’s tal-Hospice? Min kien San Mikiel? Għaliex il-kunċett ta’ transizzjoni huwa mportanti kemm fis-simboliżmu ta’ San Mikiel kif ukoll fis-servizzi pprovduti minn Hospice Malta? Dan huwa l-qaddis u s-suġġett li Francesca Briffa Polidano ser titkellem dwarhom ma’ Alexia Demicoli u Lara Farrugia, mill-Hospice Malta. Fr Alfred Vassallo – ic-Chaplain ta’ Hospice Malta ser jgħatina nformazzjoni dwar min kien San Mikiel u Chris Mintoff ser jirrakkonta l-esperjenza tiegħu meta l-mama tiegħu kienet fl-aħħar ta’ ħajjitha u s-servizzi li ngħatat mill-Hospice, kemm kienu ta’ għajnuna mhux biss għaliha imma għall-familja kollha. Produzzjoni Marthese Brincat Direzzjoni Viżiva ta’ Paul Jones Direzzjoni Fr Louis Mallia mssp