San Girgor il-Kbir
San Girgor il-Kbir, huwa l-qaddis li Francesca Briffa Polidano ser tintroduċi biex insiru nafuh aktar, waqt id-diskussjoni li ser tagħmel ma’ Dr George Vidal Zammit. Is-suġġett li ser nitkellmu dwarhu huwa d-Diplomazija : San Girgor ħadem ħafna biex iġib il-paċi meta kien jikkomunika ma’ diversi fazzjonijiet li kienu jeżistu fi żmienhu fl-Italja u fil-konfini. X’jista’ jsolvi konflitti jew jipprevjeni milli jibdew kunflitti? Għaqdiet internazzjonali bħal United Nations x’setgħat għandhom f’dan kollu? Il-midja u l-opinjoni pubblika huma influwenti għal-mod kif jittieħdu deċiżjonijiet politiċi relatati mal-paċi? Mario Coleiro waqt din id-diskussjoni ser jagħtina tagħrif dwar San Girgor il-Kbir. Produzzjoni Marthese Brincat Direzzjoni Viżiva ta’ Paul Jones Direzzjoni Fr Louis Mallia mssp