Il-Ġublew tat-Tama
F’Diċembru 2024 il-Papa Franġisku inawgura s-sena tal-Ġublew tat-Tama. X’inhu l-għan ta’ Ġublew? X’jiġri f’Ġublew? It-tifsira ta’ Pellegrinaġġ x’inhu? Xi tfisser it-tema tat-tama, u għaliex il-Papa għażel din it-tema? Mons Paul Galea huwa l-mistieden ta’ Francesca Briffa Polidano f’dan il-program. Fr Marcello Ghirlando ofm, ser jagħtina kumment dwar xi tfisser Indulġenza. Din qed tingħata lill min jemmen, lil min jattendi l-quddies, iqerr u jgħid talb b’risq il-Papa u jagħmel xi atti tal-karità. Il-Ġublew huwa opportunità għalik, għalina li nesperjenzaw l-imħabba u l-ħniena infinità ta’ Alla. Mela ejjew nieħdu din l-okkażjoni biex napprezzaw u nieħdu sehem b’mod attiv f’din is-sena tat-tama. Produzzjoni Marthese Brincat Direzzjoni Viżiva ta’ Paul Jones Direzzjoni Fr Louis Mallia mssp.