San Tumas D’Aquino
San Tumas D’Aquino huwa l-qaddis li ser titkellem dwarhu ma’ Fr Clinton Farrugia mssp (rettur tal-kulleġġ SPMC) fejn ser jitkellem dwar kif skola tal-knisja hija differenti minn-skejjel oħra. San Tumas kien iddikjarat QADDIS PATRUN ta’ kull skola kattolika. Xi tfisser din? Fr Alan J.Adami op ser jagħtina nformazzjoni dwar min kien San Tumas u Fr Aaron Zahra op (rettur tal-kulleġġ St Albert) ser jgħidilna wkoll xi tfisser dak li kiteb San Tumas għall-kulleġġ tagħhom. San Tumas kien Dumnikan u ħalla ħafna kitbiet importanti . Is-snin fuq il-bank tal-Iskola jistgħu jissejħu bħalha snin ta’ formazzjoni tat-tfal għaliex? Kif l-għalliema jaraw li jifformaw lil adulti t’għada? L-iskola kif tinvolvi ruħha mal-familji fil-proċess ta’ informazzjoni tal-istudenti, partikolarment f’dak li għandu x’jaqsam mat-tisħiħ tal-valuri kattoliċi? Produzzjoni Marthese Brincat Direzzjoni Viżiva ta’ Paul Jones Direzzjoni Fr Louis Mallia mssp