Ir-raġel bi spirtu ħażin
E07
Ir-raġel bi spirtu ħażin hija l-istorja li Veronica u Joe Farrugia ddiskutu ma’ Fr Karm Debattista mssp waqt il-programm SABIĦA L-ĦAJJA. Aaron Fenech ser jinterpreta u jaqra l-istorja fuq kitba ta’ Fr Louis Mallia. Is-Sinagoga, il-Moskea, il-Knisja kif narawhom bħalha postijiet ta’ talb? Il-komunità għandha bżonn li tingħaqad taħt saqaf wieħed u tidħol fil-misteru tad-Divin? U għaliex? Ġesù u x-xitan, taqtiha kontinwa? Taffettwana lilna din illum? X’kienet din il-qawwa li kellu Ġesù li jkeċċi x-xitan mill-bniedem? Dawn u aktar mistoqsijiet ser jiġu mwieġba biex aħna nifmhu li dak li ġara għelfejn sena ilu għadu jiġri llum. Produzzjoni Marthese Brincat Direzzjoni Viżiva ta’ Paul Jones Direzzjoni Fr Louis Mallia mssp
SERJE
SABIĦA L-ĦAJJA 2024/2025
Xerred it-tbissima