L-Imħabba u l-Għedewwa
L-Imħabba u l-Għedewwa huwa t-titlu tar-rakkont li ser jaqra Aaron Fenech f’dan il-programm ftit jiem qabel ma nibdew sena ġdida. Flimkien ma’ Veronica u Joe Farrugia, Fr Karm Debattista mssp iwieġeb għall-mistoqsijiet ftit diretti u li żgur li min ikun qed jara l-programm ikollu anke hu jwieġeb għall-dawn i-mistoqsijiet. Per eżempju; Kif tista tħobb lil min jagħmillek id-deni? Kif tista tirranġa ma min jobgħodok? Il-maħfra hija possibbli? Ġesù jagħtina litanija sħiħa ta’ dak li rridu nagħmlu biex ħajjitna tkun tajba, bilfors irridu nimxu magħhom biex insalvaw? Kull wieħed u waħda minnha għandna nimxu ma dan il-qawl: Dak li trid li jgħamlu miegħek għamlu lill-ħaddiehor!!!. Produzzjoni Marthese Brincat Direzzjoni Viżiva ta’ Paul Jones Direzzjoni Fr Louis Mallia mssp