Beatitudnijiet
Veronica u Joe Farrugia tkellmu ma’ Fr Karm Debattista mssp u ma’ Martin Buhagiar, li huwa d-direttur tal-Income Support and Investigation mill-Ministeru tas-Sigurtà Soċjali, fejn ser jiddiskutu wkoll il-beatitudnijiet li Ġesù ta’ lin-nies li kienu qed jisimgħuh fuq il-muntanja. Beatitudnijiet li mhumiex biss kmand imma huma valuri kif wieħed għandu jgħix ħajtu. Martin ser jitkellem wkoll dwar servizzi li l-Ministeru jagħti biex il-familji u ż-żagħżagħ ikunu jistgħu jgħixu b’dinjità u aktar komdi. Fr Karm Debattista jitkellem dwar is-sinifikat tal-beatitudnijiet u għaliex huma mportanti. Aaron Fenech fuq kitba ta’ Fr Louis Mallia jaqra s-silta tal-ġurnata. Produzzjoni Marthese Brincat Direzzjoni Viżiva ta’ Paul Jones Direzzjoni Fr Louis Mallia mssp