Niesu ma Laqgħuhx
L-istorja li Veronica u Joe Farrugia ser jieħdu s-suġett minnha ser tkun Niesu ma Laqgħuhx. Ġesù kien Nażżaret u mar jipppriedka ġo s-sinagoga u wara li qara silta u qal ‘L-ispirtu tal-Mulej fuqi, għax hu kkonsagrani, agħatni nħabbar il-ħelsien lill imjassrin, inwassal il-bxara ttajba lill-fqajrin u d-dawl mill-ġdid lill-għomja. Irrodd il-ħelsien lill-maħqurin u nxandar sena ta’ grazzja tal-Mulej. Din il-kitba seħħet illum intom u tisimgħu’ . Għal dan il-kliem in-nies u l-iskribi ħadu għalihom u riedu jixħtuih minn fuq irdum ghal isfel. Imma Ġesù għadda minn ġo nofshom u baqa’ sejjer. Aħna qed nifmhu dak li qed jgħidilna llum? L-omeliji li jsiru waqt il-quddies qed iħallu mpatt ? Aaron Fenech jaqra l-istorja fuq kitba ta’ Fr Louis Mallia mssp. Fr Karm Debattista mssp ikun qed jirrispondi l-mistoqsijiet li jagħmlu Veronica u Joe. U kif iħobb jgħid Joe ‘ xi ċajta ma tonqosx’!!! Produzzjoni Marthese Brincat Direzzjoni Viżiva ta’ Paul Jones Direzzjoni Fr Louis Mallia mssp