Riforma fil-Ħabż
Ir-riforma fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin, u l-NGO Rise, huwa s-suġġett li ser jitkellem dwarhu Fabian Demicoli ma’ Charles Mifsud, li huwa d-direttur tal-NGO Rise. Huwa faċli li persuna li tkun skontat is-sentenza u ssib xogħol, faċli li terġa tingħaqad mal-familja? Faċli li tiġi aċċettata mis-soċjetà? Dawn huma ftit mill-mistoqsijiet li Fabian għamel ma’ Charles. Fr Franco Fenech li huwa wkoll fundatur ta’ Rise, ser jitkellem fuq skype dwar x’għandna nagħmlu biex dawn il-persuni jistgħu jintegraw mal-kumplament tas-soċjetà. Fit-tieni parti Miriam Christine Borg tkellmet ma’l-Avukat Dr Francesca Zarb, dwar kif wieħed jista’ juri mħabba ma’ persuni li jkunu naqsu lill persuni oħra. Kif wieħed jista jaħfer. Huwa possibbli dan? Fr Louis Mallia mssp, fl-aħħar parti jispjega l-Evangelju skond San Mattew. Miriam Christine tgħamillu mistoqsijiet relevanti dwar dan l-Evanġelju. Wieħed jista jżur il-pagna ta' Facebook jew jidħol fl-app Tbissima.mt Aħbar Tajba qed ikun ukoll aċċessibbli bil-lingwa tas-Sinjali fil-Lingwa Maltija. Produzzjoni Eżekuttiva ta’ CPi Media. Produzzjoni ta’ Marthese Brincat Direzzjoni Televiżiva ta’ Fr. Louis Mallia mssp u Paul Jones