It-Tekoloġija - L-Artificial Intelligence
Fabian Demicoli għall dan il-programm ser jitkellem ma’ Prof Alexiei Dingli dwar l-intelliġenza artifiċjali. Kif għandna nħarsu lejn it-teknoloġija imma b’mod partikolari l-AI illum il-ġurnata? Hija ta’ għajnuna jew tfixkil? Hija theddida għax-xogħol ta’ ħafna nies? Dawn u mistoqsijiet oħra ser jiġu mwieġba minn Alexiei. Fuq skype ser ikollna wkoll lill Rev Dr Matthew Pulis li wkoll ser jagħtina l-opinjoni tiegħu. Miriam Christine Borg fit-tieni parti tal-programm marret fil-parroċċa ta’ Ħal Balzan u tkellmet Dun Karm Farrugia dwar l-importanza li għalkemm il-ħajja nbidlet, is-saċerdot jibqa’ jilqa’ l-isfidi li jrid jaffaċċja ta’ kulljum. Bil-problemi li jiltaqa’ magħhom u l-pariri li jagħti lill ħafna nies li jmorru jkellmuh. Fl-aħħar parti Miriam Christine tistaqsi xi mistoqsijiet lill Fr Louis Mallia dwar l-Evanġelju li jinqara fil-knejjes tagħna fil-quddies tal-Ħadd. Wieħed jista jżur il-pagna ta' Facebook jew jidħol fl-app Tbissima.mt. Produzzjoni Eżekuttiva ta’ CPi Media. Produzzjoni ta’ Marthese Brincat Direzzjoni Televiżiva ta’ Fr. Louis Mallia mssp u Paul Jones AĦBAR TAJBA nhar is-Sibt 14 ta’ Ottubru fl-10:00 b’repetizzjoni l-Ħadd fid-09:00 fuq TVM.