Talba lill-San Ġużepp

O mqaddes Ġużeppi, fl-hemm li fih ninsabu, lejk nirrikorru, b’tama kbira nsejħu l-patroċinju tiegħek, wara l-patroċinju ta’ l-għarusa mqaddsa tiegħek.

Mela, f’ġieħ dik ir-rabta għażiża ta’ mħabba li biha kont marbut max-xebba bla tebgħa, omm Alla, u f’ġieħ dik l-imħabba ta’ missier li biha ħabbejt lit-tfajjel Ġesù, nitolbuk li tħares ħarsa ħelwa lejn il-wirt għażiż li Ġesù Kristu rebaħ b’demmu, u bis-setgħa u l-għajnuna tiegħek tidħol għalina fil-bżonnijiet tagħna.

Kif int, o Ġużeppi, kont taħseb f’din l-art għall-familja divina u tħarisha, hekk ukoll ħu ħsieb tal-familja maħtura ta’ Ġesù Kristu. Eqred minn ġo nofsna, o missier ħanin, din il-pesta ta’ erruri u ta’ ħażen li qegħdin imarrdu d-dinja, ieqaf magħna mis-smewwiet f’din il-gwerra li għandna mal-qawwa tad-dlamijiet, o prottettur qawwi tagħna; u kif darba ħlist mill-mewt lill-bambin Ġesù, hekk issa ddifendi l-Knisja ta’ Alla mit-tnassis ta’ l-għedewwa u minn kull hemm.

Xerred dejjem fuq kull wieħed minna l-patroċinju tiegħek, sabiex, bl-eżempju tiegħek, nistgħu ngħixu ħajja qaddisa, nagħmlu mewta tajba u naqilgħu l-hena ta’ dejjem fil-ġenna. Ammen.

Il-Papa Ljun XIII

AKTAR TALB

LURA GĦALL-FAĊĊATA