Talba lil Ġesù Msallab
“Hawn jien, O Ġesú maħbub tiegħi, mixħut għarkubbtejja quddiemek. Nitolbok, bl-akbar ħrara li tnissel f’qalbi twemmin, tama u mħabba l-aktar qawwija kif ukoll indiema kbira ta’ dnubieti u fehma sħiħa li ma noffendik qatt iżjed.
Filwaqt li jiena, bl-imħabba u bil-ħnien kollha, sejjer naħseb fuq il-ħames pjagi tiegħek, b’dak il-kliem quddiem għajnejja li qal fuqek il-profeta David: “Nifduli idejja u riġlejja: għaddewli għadmi kollu.”