Talba għall-Missjunarji
Għażiż Mulej, Inti bgħatt lid-dixxipli fid-dinja kollha biex ixandru l-bxara t-tajba lill-popli kollha. Ħu ħsieb jekk jogħġbok lill-missjunarji kollha mxerdin mad-dinja. Kun Inti stess li bl-Ispirtu tiegħek tgħallimhom, tigwidhom, tużhom u tqaddishom. Kun Int iċ-ċentru u l-ferħ ta’ ħajjithom, ta’ kull ma jaħsbu, jgħidu u jagħmlu.
Agħtihom Qalbek stess li hi Qalb li tħeġġeġ bl-imħabba u taqdi bil-ferħ lill-bnedmin kollha bla distinzjoni. Ipproteġihom, maħbub Ġesu’ minn perikli, diffikultajiet u persekuzzjoni li jiltaqgħu magħhom tul il-ġranet impenjattivi li jgħixu. Agħmel li jsibu min ikun ta’ sapport għalihom u min jgħinhom fil-bżonnijiet materjali u spiritwali għalihom infushom u għall-popli li qegħdin iservu.
Agħtihom li jxandru Lilek bħala l-ewwel preorita’ tagħhom, imbagħad li juru atti ta’ karita’ ma’ dawk li jeħtiġuhom. Kun Int il-qawwa tagħhom biex ma jaqtgħux qalbhom minn din il-ħidma tant prezzjuża u żidilhom aktar riżorsi ta’ kull tip ħalli d-diversi ħidmiet li jkunu nbdew ma jintemmux imma jikbru u jiffjorixxu. Agħtihom is-saħħa u ħafna paċenzja u diterminazzjoni ħa jservuk f’dawk l-aktar batuti b’perseveranza. Żid magħhom aktar ħaddiema għax il-ħsad huwa kbir tassew!
Grazzi talli jien, mill-kumdita’ ta’ dari nista’ nkun protagonista fil-missjonijiet li jsiru f’artijiet imbegħeda permezz ta’ talbi. Minn qalbi nitolbok biex tagħmel li l-missjonijiet ta’ evanġelizzazzjoni jkunu kollha skont Qalbek u kollox għall-aktar glorja tiegħek u għat-tkabbir ta’ Saltnatek. Ammen. Grazzi. Halleluia