Is-Salve Reġina

Sliema għalik, Sultana,
Omm tal-ħniena,
ħajja, ħlewwa u tama tagħna,
sliem għalik,
lilek ingħajtu għaliex aħna tturufnati ulied Eva.

Lilek nitniehdu, aħna li nibku u nolfqu
f’dan il-wied tad-dmugħ.

Ejja, mela, avukata tagħna:
dawwar lejna dawk l-għajnejn tiegħek tal-ħniena.

Urina wara dan it-turrufnament lil Ġesù,
frott imbierek tal-ġuf tiegħek,
o ħanina, o pija,
o ħelwa Verġni Marija.

AKTAR TALB

LURA GĦALL-FAĊĊATA