Il-Kredu tal-Appostli
Jiena nemmen f’Alla l-Missier li jista’ kollox, li ħalaq is-sema u l-art;
u f’Ġesú Kristu, Ibnu wieħed Sidna;
li kien konċeput mill-Ispirtu s-Santu, twieled minn Marija Verġni;
bata taħt il-ħaqq ta’ Ponzju Pilat, sallbuh, miet u difnuh;
niżel bejn l-imwiet, mat-tielet jum qam minn bejn l-imwiet;
tela’ fis-smewwiet, qiegħed in-naħa tal-lemin ta’ Alla l-Missier, li jista kollox;
minn hemm għandu jiġi biex jaħmel ħaqq mill-ħajjin u mill-mejtin.
Nemmen fl-Ispirtu s-Santu;
il-Knisja Mqaddsa Kattolika, ix-Xirka tal-Qaddisin;
il-maħfra tad-dnubiet;
il-qawma ta’ l-imwiet;
il-ħajja ta’ dejjem.
Amen.