Att ta’ Fidi

Jiena nemmen b’fidi ferma illi hemm Alla wieħed, li jippremja t-tajbin u jikkastiga l-ħziena. Jiena nemmen li dan Alla huwa wieħed fi tliet persuni ugwali, u realment distinti, li huma l-Misser, l-Iben u l-Ispirtu s-Santu
Nemmen li l-Iben ta’ Alla sar bniedem u ħa l-ġisem fil-ġuf purissmu ta’ Marija Verġni bis-setgħa ta’ l-Ispirtu s-Santu. Bħala bniedem miet fuq is-salib għal dnubietna u fit-tielet jum qam inn bejn l-imwiet.
Nemmen il-veritajiet l-oħra kollha, li temmen u tgħallem Ommna l-Knisja Mqaddsa Kattolika.
U dana kollu nemmnu għaliex Alla, veriità infallibli, irrivelah lill-istess Knisja Mqaddsa.

AKTAR TALB

LURA GĦALL-FAĊĊATA