Catholic News Agency
Fit-8 ta’ Mejju, l-ewwel Papa Amerikan ġie elett biex imexxi l-Knisja Kattolika u ħa l-isem ta’ Papa Ljun XIV. Hawn talba għall-Papa l-ġdid tagħna:
Mulej, għajn tal-ħajja ta’ dejjem u l-verità,
agħti lir-ragħaj tiegħek spirtu
ta’ kuraġġ u ġudizzju tajjeb, spirtu
tal-għarfien u l-imħabba. Agħmel li jigverna
b’fedeltà lil dawk fdati f’idejh,
biex hu, bħala suċċessur tal-Appostlu
Pietru u vigarju ta’ Kristu, jmexxi il-Knisja
f’sagrament ta’ għaqda, imħabba,
u paċi għad-dinja kollha.
Ammen
Ejjew nitolbu għall-Papa.
Jalla l-Mulej iħarsu, jagħtih ħajja twila, jagħmlu mbierek fuq l-art, u ma jagħtihx f’idejn l-għedewwa tiegħu.

Traduzzjoni mħejjija u adattata minn Lara Zammit għal tbissima.mt. It-test oriġinali bl-Ingliż jappartjeni lill-Catholic News Agency. Ritratti kollha via Catholic News Agency Access for Editors.