Santa Marija u l-konvoj li salva lil Malta fit-Tieni Gwerra Dinjija

Kull 15 t’Awissu, il-Maltin u l-Għawdxin jagħtu ġieħ lil Santa Marija Assunta u jiftakkru fi ġrajja li seħħet aktar minn 80 sana ilu fl-1942 meta konvoj bl-isem ta’ Operation Pedestal wasal f’Malta u salva lil poplu mill-ġuħ waqt it-Tieni Gwerra Dinjija. Minn dakinhar ’l hawn, il-Maltin bdew jirreferu għalih bħala l-konvoj ta’ Santa Marija.

Erbatax-il bastiment merkantili kienu telqu minn Ġibiltà lejn Malta, skortati minn flotta enormi ta’ bastimenti tal-gwerra fosthom erba’ aircraft carriers. Kienu soġġetti għal bombardament mill-ajru u attakki kostanti. Ħamsa biss mill-14-il bastiment irnexxielhom jaslu sal-Port il-Kbir, inkluż it-tanker SS Ohio, fil-15 ta’ Awwissu, 1942.

Wasla tal-ewwel vapuri f’Malta fil-Port il-Kbir, il-Belt, imferrħa mis-suldati u ċ-ċivili fil-15 ta’ Awwissu, 1942. Ritratt: War Office official photographer, Cook H E (Lt) via Wikimedia Commons

L-għan kollu tal-konvoj kien li jtella’ abbord il-vapuri merkantili bil-85,000 tunnellata ta’ provvisti tagħhom lejn il-Port il-Kbir ta’ Malta. Fl-aħħar, 32,000 tunnellata biss għaddew, iżda kienu biżżejjed biex Malta tkun tista’ tkompli l-battalja qalbiena tagħha.

Marija Assunta ta’ Giuseppe Cali’. Ritratt: Wikimedia Commons

Hekk kif niftakkru f’din il-ġrajja, ejjew nagħtu ġieħ lil Ommna Marija li żżomm idejha fuqna f’kull żmien:

Int kont dejjem fil-ħsieb tal-kbir Alla;
lilek ħabbar ġewwa l-ġenna tal-art,
fl-isbaħ ġnien sar il-bniedem jaf b’ismek,
fost il-għaxqa u l-fwieħa tal-ward.

Int ridt o Marija li ħajtek tkun tixbaħ,
lil warda fi-ġonna fid-dawl taż-żerniq,
biex tfisser is-safa’ l-imħabba li tgħaqqad
il-bniedem ma’ Alla li hu l-Ħallieq.

U bla tebgħa Marija ġejt fostna,
kewkba mdawvvla fl-aqwa dalma tal-lejl,
meta int bl-iva li għedt lill-anġlu,
tajtna ‘l Ibnek li huwa l-Feddej.

Int tlajt o Marija, fejn Ibnek fis-sema,
sabiħa, glorjuża bil-ġisem u r-ruħ,
fost ferħ u kant ħelu tal-anġli,
hekk safa kif tħabbar il-ħażen mirbuħ.

LURA GĦALL-FAĊĊATA