Ritratti tal-Papa Franġisku f’tebut miftuħ qabel il-funeral tas-Sibt

Fit-22 ta’ April, il-Vatikan ħareġ l-ewwel stampi tal-fdalijiet tal-Papa Franġisku fil-Kappella ta’ Santa Marta, ir-residenza tas-soltu tiegħu ġewwa l-Vatikan.

It-Tlieta, il-Vatikan qasam l-ewwel ritratti tal-fdalijiet tas-Santu Missier, li miet it-Tnejn, 21 ta’ April, fis-7.35 a.m. (ħin ta’ Ruma) kawża ta’ puplesija u kollass kardjovaskulari. 

Dettall tal-Papa Franġisku b’Rużarju f’idejh. Kreditu: Media tal-Vatikan
Dettall tal-Papa Franġisku b’Rużarju f’idejh. Kreditu: Media tal-Vatikan

Wara l-mewt tal-Papa Franġisku, id-direttur tas-servizzi tas-saħħa tal-Vatikan, Dr Andrea Arcangeli, eżamina l-katavru u ħareġ ċertifikat tal-mewt.

Il-fdalijiet tal-Papa mbagħad ġew lebsin sutana bajda u ġew trasferiti fil-kappella privata papali għar-“rit tal-konferma tal-mewt u l-intar”, ippresedut mill-Camerlengo, il-Kardinal Kevin Farrell.

Tbexxix ta’ ilma qaddis fuq il-fdalijiet tal-Papa Franġisku. Kreditu: Media tal-Vatikan
Tbexxix ta’ ilma qaddis fuq il-fdalijiet tal-Papa Franġisku. Kreditu: Media tal-Vatikan

Wara t-talb, il-ġisem tal-Papa Franġisku, liebsa lbies liturġiċi ħomor, mitra u pallium, tpoġġa direttament f’tebut sempliċi tal-injam b’kisja taż-żingu, biex b’hekk tneħħa l-użu tal-katafalk, l-istruttura mgħollija fejn is-soltu kienu jintwerew il-papiet.

Il-ġisem tas-Santu Missier tpoġġa direttament ġo tebut sempliċi tal-injam b’kisja taż-żingu. Kreditu: Media tal-Vatikan
Il-ġisem tas-Santu Missier tpoġġa direttament ġo tebut sempliċi tal-injam b’kisja taż-żingu. Kreditu: Media tal-Vatikan

It-Tnejn wara nofsinhar, saret ukoll l- applikazzjoni tal-proċedura tas-segretezza , tradizzjoni antika tal-Vatikan li tinvolvi s-siġillar u s-salvagwardja tal-appartamenti papali—kemm fil-Palazz Appostoliku kif ukoll f’Casa Santa Marta—wara l-mewt tal-Papa. Din il-miżura tfittex li tipproteġi d-dokumenti personali tal-Papa u tiżgura tranżizzjoni ordnata fit-tmexxija tal-Knisja.

Il-Kardinali nġabru għall-ewwel kongregazzjoni ġenerali tagħhom dalgħodu u ddeċidew li l-kadavru tal-Papa Franġisku se jiġi trasferit mill-kappella privata għall-Bażilika ta’ San Pietru nhar l-Erbgħa, 23 ta’ April, fid-9:00 a.m. (ħin lokali), fejn il-fidili jkunu jistgħu jsellmu.

Traduzzjoni mħejjija u adattata minn Lara Zammit għal tbissima.mt. It-test oriġinali bl-Ingliż jappartjeni lill-Catholic News Agency. Ritratti kollha via Catholic News Agency Access for Editors.

LURA GĦALL-FAĊĊATA