Lara Zammit u Catholic News Agency
Fil-11 ta’ April 2019, il-Papa Franġisku niżel għarkubbtejh u bies saqajn il-President tas-Sudan t’Isfel Salva Kiir u l-mexxej tal-oppożizzjoni Dr Riek Machar, fost oħrajn, f’dak li kien deskritt bħala “ġest drammatiku” ta’ mħabba lejn il-poplu t’Alla fis-Sudan t’Isfel.
Dan kien sar wara rtir spiritwali li ġabar flimkien lill-president tas-Sudan t’Isfel, lill-kap tal-oppożizzjoni, u lill-armla tal-mexxej tas-Sudan t’Isfel John Garang, Rebecca Nyandeng De Mabior, fost mexxejja politiċi u reliġjużi oħra mis-Sudan t’Isfel.
Il-ġest drammatiku tal-Papa Franġisku ispira kampanji ta’ paċi fl-iżgħar nazzjon tad-dinja.

Il-mexxejja rivali tas-Sudan t’Isfel għandhom “jonoraw” il-wirt tal-Papa Franġisku billi jtemmu l-kunflitt tal-pajjiż, qal ir-rappreżentant diplomatiku tal-Vatikan għan-nazzjon fis-27 ta’ April.
“Irridu nippruvaw nagħmlu konkreti fil-ħajja ta’ kuljum tas-Sudan t’Isfel ix-xewqa ardenża tiegħu li jara paċi vera u dejjiema, li naraw id-djalogu bħala l-kundizzjoni ta’ dik il-paċi u li naraw is-sikket tal-armi tal-gwerra,” qal l-Arċisqof Séamus Patrick Horgan.
Il-Papa, li miet ta’ 88 sena nhar it-Tnejn, 21 ta’ April, kien ħeġġeġ liż-żewġ naħat tal-kunflitt tas-Sudan t’Isfel biex jissawru paċi permanenti waqt vjaġġ storiku lejn in-nazzjon Afrikan tal-Lvant fl-2023.

Il-vjolenza reċenti heddied li ttemm ftehim ta’ paċi fraġli milħuq fl-2018 bejn iż-żewġ fazzjonijiet tal-gwerra ċivili.
Fir-ritratt: Il-Papa Franġisku jsellem lill-President tas-Sudan t’Isfel Salva Kiir fil-Vatikan, 11 ta’ April 2019. Kreditu: Vatican Media
Traduzzjoni mħejjija u adattata minn Lara Zammit għal tbissima.mt. It-test oriġinali bl-Ingliż jappartjeni lill-Catholic News Agency. Ritratti kollha via Catholic News Agency Access for Editors.