Kompożizzjoni ta’ mużika kontemporanja għandha s-salmi fil-qalba tagħha

Lara Zammit

Tehillim hija kompożizzjoni tal-kompożitur Amerikan Steve Reich, miktuba fl-1981. It-titlu ġej mill-kelma Ebrajka għal “salmi”, u x-xogħol huwa l-ewwel li jirrifletti l-wirt Lhudi tal-kompożitur.

Tehillim tikkonsisti minn Salmi 19:2–5 (19:1–4 fi traduzzjonijiet Kristjani); Salm 34:13–15 (34:12–14); Salm 18:26–27 (18:25–26); u fl-aħħar salm 150:4–6. L-erba’ partijiet tax-xogħol huma bbażati fuq dawn l-erba’ testi, rispettivament.

“Tradotta litteralment [il-kelma Tehillim] tfisser ‘tifħir’,” jikteb Reich fin-noti tal-kompożitur tiegħu, “u ġejja mill-għerq Ebrajk ta’ tliet ittri ‘ħej, lamed, lamed’ (hll) li huwa wkoll l-għerq ta’ hallelulja.”

Hawn huma s-salmi li Reich juża fil-kompożizzjoni tiegħu jif huma misjuba fi traduzzjonijiet Kristjani:

Salm 19:1–4

1Għall-mexxej tal-kor. Salm ta’ David.
2Is-smewwiet ixandru l-glorja ta’ Alla,
għemil idejh tħabbar il-firxa tas-sema.
3Jum lil ieħor jagħti l-aħbar,
lejl lil ieħor iwassal it-tagħrif.
4Ma hemmx aħbar u anqas kliem,
ma hemmx leħen li ma jinstemax.

Salm 34:12–14

12Ejjew uliedi, isimgħu lili;
jiena l-biża’ tal-Mulej ngħallimkom.
13Min hu l-bniedem li jħobb il-ħajja,
u jixtieq jara għomru kollu riżq?

Salm 18:25–26

25Raddli l-Mulej skont il-ġustizzja tiegħi,
skont is-safa ta’ idejja li ra b’għajnejh.
26Ma’ min hu tajjeb inti timxi bit-tajjeb,
ma’ min hu bla ħtija inti timxi bla ħtija

Salm 150:4–6

4Faħħruh bit-tanbur u biż-żfin,
faħħruh bid-daqq tal-kordi u tas-sfafar!
5Faħħruh bid-daqq qawwi taċ-ċimbali,
faħħruh bid-damdim taċ-ċimbali!
6Kulma jieħu nifs, ħa jfaħħar il-Mulej!
Hallelujah!

LURA GĦALL-FAĊĊATA