Fit-22 ta’ Settembru tas-sena 1968, Padre Pio ċċelebra l-ahhar quddiesa tiegħu. L-għada fis-2.30am, miet fil-kunvent kif dejjem xtaq fl-eta’ ta’ 81 sena wara li rċieva l-ahhar riti tal-Knisja u lissen l-ismijiet ta’ Ġesù u Marija. Ftit qabel ma miet, ħeggeg lill-patrijiet ħutu preżenti biex jitolbu r-Rużarju u jgħidu lil ħaddiehor jitolb wkoll din it-talba marjana.
Hawn hi talba miktuba minn San Piju ta’ Pietrelcina, kif inhu wkoll magħruf Padre Pio:
Talba ta’ Rassenjazzjoni
O Ġesù tiegħi
tajjar minn moħħi u minn qalbi
kull inkwiet fuq l-imgħoddi,
kull tħassib fuq il-preżent,
u kull biża’ fuq li ġej,
ħalli nkun nista’ nixtieq,
dejjem u f’kollox,
ħaġa waħda biss:
li mmur kontra tiegħi nnifsi
għall-imħabba tiegħek.
Nerħi, għalhekk, O Mulej,
il-passat ikrah tiegħi
għall-ħniena kbira tiegħek;
il-preżent imħawwad tiegħi
għall-imħabba infinita tiegħek;
il-futur misterjuż tiegħi
għall-providenza qaddisa tiegħek.
Ammen