Il-Vatikan nhar it-Tlieta ppubblika ritratti tal-Kappella Sistina ppreparata għall-wasla tal-kardinali eletturi li se jagħżlu l-Papa li jmiss fil-konklavi li se jibda nhar l-Erbgħa.
– Mill-ħabta tas-7am ħin lokali, il-kardinali bdew jidħlu f’kmamar fis-Sanctae Marthae, guesthouse fil-Vatikan (xi wħud minnhom ikunu mxew nhar it-Tlieta). – Fl-10am, se jinġabru fil-Bażilika ta’ San Pietru għal quddiesa. – Fil-4:45pm il-kardinali se jibdew purċissjoni mill-Kappella Pawlina għall-Kappella Sistina. – Għall-ħabta tal-5:30pm kulħadd ħlief l-eletturi jrid iħalli l-Kappella Sistina – il-mument li tiġi ppronunzjata l-kelma “extra omnes” jimmarka l-bidu tal-iżolament tal-kardinali, u l-bidu tal-konklavi. – Għall-ħabta tas-6pm, wara l-ewwel votazzjoni joħroġ id-duħħan abjard jew iswed skont il-każ.
Mill-Ħamis filgħodu – jekk ma jitħabbarx Papa ġdid nhar l-Erbgħa – il-kardinali se jieħdu l-kolazzjon mis-6:30am qabel il-quddiesa tat-8:15am, qabel ma jkunu skedati żewġ votazzjonijiet.
Il-proċedimenti se jsiru f’segretezza assoluta, bil-prelati fil-biċċa l-kbira ssekwestrati mid-dinja ta’ barra sakemm idum il-konklavi sakemm jintgħażel pontife suprem ġdid.
Il-Ktieb tal-Evanġelji jinsab fil-Kappella Sistina qabel il-wasla tal-kardinali eletturi għall-konklavi biex jiġi elett il-Papa li jmiss, it-Tlieta, 6 ta’ Mejju, 2025. Kreditu: Vatican MediaIl-Kappella Sistina tistenna l-wasla tal-kardinali eletturi għall-konklavi biex jiġi elett il-Papa li jmiss, it-Tlieta, 6 ta’ Mejju, 2025. Kreditu: Vatican MediaSferi tal-injam huma mnaqqxa b’numri li jikkorrispondu għall-kardinali eletturi, mezz ta’ kif jintgħażlu l-iskrutinisti, ir-reviżuri, u l-infermieri qabel il-konklavi biex jiġi elett il-papa li jmiss, it-Tlieta, 6 ta’ Mejju, 2025. Kreditu: Vatican MediaIl-Ktieb tal-Evanġelji huwa esebit fil-Kappella Sistina għall-konklavi biex jiġi elett il-Papa li jmiss, it-Tlieta, 6 ta’ Mejju, 2025. Kreditu: Vatican MediaImwejjed u siġġijiet fil-Kappella Sistina jistennew il-wasla tal-kardinali għall-konklavi biex jiġi elett il-Papa li jmiss, it-Tlieta, 6 ta’ Mejju, 2025. Kreditu: Vatican MediaIl-Vestimenti Saċerdotali jistrieħu fil-Kamra tad-Dmugħ fil-Kappella Sistina qabel il-konklavi biex jiġi elett il-Papa li jmiss, it-Tlieta, 6 ta’ Mejju, 2025. Kreditu: Vatican MediaIl-Vestimenti Saċerdotali jistrieħu fil-Kamra tad-Dmugħ fil-Kappella Sistina qabel il-konklavi biex jiġi elett il-Papa li jmiss, it-Tlieta, 6 ta’ Mejju, 2025. Kreditu: Vatican MediaIl-Vestimenti Saċerdotali jistrieħu fil-Kamra tad-Dmugħ fil-Kappella Sistina qabel il-konklavi biex jiġi elett il-Papa li jmiss, it-Tlieta, 6 ta’ Mejju, 2025. Kreditu: Vatican MediaIs-Sala tal-Barka tal-Vatikan tistenna l-wasla tal-konklavi biex jiġi elett il-Papa li jmiss, it-Tlieta, 6 ta’ Mejju, 2025. Kreditu: Vatican Media
Traduzzjoni mħejjija u adattata minn Lara Zammit għal tbissima.mt. It-test oriġinali bl-Ingliż jappartjeni lill-Catholic News Agency. Ritratti kollha via Catholic News Agency Access for Editors.