Kristina Millare via Catholic News Agency
Is-Segretarju tal-Istat tal-Vatikan il-Kardinal Pietro Parolin ippresieda l-Quddiesa solenni għall-Ħadd tal-Ħniena Divina li saret fi Pjazza San Pietru, u enfasizza l-ħtieġa li l-Knisja timxi fuq il-passi tal-Papa Franġisku bħala “strumenti ta’ ħniena għall-umanità” fid-dinja tal-lum.
“Il-ħniena biss tfejjaq u toħloq dinja ġdida, li titfi n-nirien ta’ sfiduċja, mibegħda u vjolenza: Dan hu t-tagħlim kbir tal-Papa Franġisku,” qal Parolin fl-omelija tiegħu tal-Ħadd.
“Il-Papa Franġisku kien xhud brillanti ta’ Knisja li ddur b’tenerezza lejn min hu midrub u tfejjaq bil-balzmu tal-ħniena,” żied jgħid.

Madwar 200,000 persuna pparteċipaw fil-Quddiesa fil-beraħ offruta għall-mibki papa fit-tieni jum tal-perjodu ta’ luttu “ Novendiales ” tal-Knisja, irrapporta l-Uffiċċju Stampa tas-Santa Sede.
“Ħuti, propju f’Ħadd il-Ħniena Divina niftakru b’affezzjoni fil-maħbub Papa Franġisku,” qal Parolin. “Hija preċiżament il-ħniena tal-Missier, li hija akbar mil-limitazzjonijiet u l-kalkoli tagħna, li kkaratterizza l-maġisteru tal-Papa Franġisku u l-attività appostolika intensa tiegħu.”
Filwaqt li nsista li l-affezzjonijiet tan-nies lejn il-mibki Papa “m’għandhomx jibqgħu sempliċi emozzjoni tal-mument,” Parolin qal li “l-Knisja trid tilqa’ l-wirt tiegħu” billi “niftħu ruħna għall-ħniena ta’ Alla u nkunu wkoll ħniena ma’ xulxin.”
Għexieren ta’ eluf ta’ pellegrini żgħażagħ li ħadu sehem fil-festi tal-Ġublew tal-Adoloxxenti bejn il-25 u s-27 ta’ April kienu preżenti wkoll għall-Quddiesa tal-Ħniena Divina ddedikata lill-mibki Pontifu, inklużi diversi gruppi tal-iscouts Ewropej, bħall-Iscouts D’Europa tal-Italja, u gruppi parrokkjali Amerikani, inklużi żgħażagħ mill-Bażilika ta’ Santa Marija f’Alexandria, Virginia.

Meta kien qed jindirizza l-folla taʼ adoloxxenti preżenti fil-pjazza — li ħafna minnhom kienu qed jipproteġu mix-xemx sħuna taʼ filgħodu taħt kpiepel u umbrelel ikkuluriti — Parolin ħeġġiġhom biex ikunu qrib Ġesù Kristu u biex juru “wiċċ ħanin” tiegħu lil dawk kollha li jiltaqgħu magħhom f’ħajjithom.
“Nindirizzlek tislima speċjali, bix-xewqa li jġiegħlek tħoss it-tgħanniqa tal-Knisja u l-affezzjoni tal-Papa Franġisku, li xtaq jiltaqa’ miegħek, iħares f’għajnejkom, u jgħaddi minn ġokom biex issellemkom,” qal Parolin f’applaws minn dawk miġbura fil-pjazza.
“[Ġesù] jiġi jiltaqagħkom fejn int, biex jagħtik il-kuraġġ biex tgħix, biex taqsam l-esperjenzi tiegħek, il-ħsibijiet tiegħek, ir-rigali tiegħek, u l-ħolm tiegħek,” qal liż-żgħażagħ. “Hu jiġi għandek quddiem dawk qrib jew ‘il bogħod, ħu u oħt biex iħobbu.”
Iċ-ċelebrazzjoni tal-Quddiesa għat-tieni Ħadd tal-Għid intemmet bil-kant tat-talb Regina Coeli ta’ nofs in-nhar quddiem xbieha tal-ikona ta’ “Salus Populi Romani” (“Is-Saħħa tal-Poplu Ruman”) imqiegħda ħdejn l-artal maġġur imtella’ fi Pjazza San Pietru.
Traduzzjoni mħejjija u adattata minn Lara Zammit għal tbissima.mt. It-test oriġinali bl-Ingliż jappartjeni lill-Catholic News Agency. Ritratti kollha via Catholic News Agency Access for Editors.