Marthese Brincat | CPI Media
Din il-ġimgħa ċċelebrajna l-għeluq tal-maratona Oħloq Tbissima.
Iċċelebrajna quddiesa b’ringrazzjament lill Alla ta’ esperjenza oħra sabiħa li esperjenzajna waqt Oħloq Tbissima li saret fil-kappella tad-Dar ta’ San Ġużepp.
Fr Marin Galea, Superjur Ġenerali, ċċelebra l-quddiesa flimkien ma’ Fr Louis Mallia fejn irringrazzja lill dawk kollu li kienu preżenti u qal li intbgħatu tlett containers b’ikel, ħwejjeġ ġodda u affarijiet utli għall-fqar fil-Peru’. Qal ukoll li s-sena ddieħla Oħloq Tbissima ser tkun il-Ġimgħa 10, Is-Sibt 11 u l-Ħadd 12 ta’ Lulju.

Wara, il-kok prim Sandro Varrazzo sajjar tlett kwalitajiet ta’ zalza biex madwar 100 persuna kielu u xebgħu fil-bitħa tad-dar, fejn stedinna l-voluntiera kollha li għenu waqt il-maratona ta’ din is-sena. Kienet attivita’ sabiħa fejn kulħadd iltaqa’ ma’ nies li forsi ma kienux jafuhom.
Peress li din il-ġimgħa wkoll Fr Louis Mallia qed jiċċelebra għeluq sninu, kien mument sabiħ meta qasam il-cake ma’ ħbieb li ilhom għal ħafna snin jgħinu f’dak kollu li jsir matul is-sena dejjem b’risq il-fqar.
Grazzi lil kulħadd.