Life Network Foundation Malta
S05E07
Francesca Briffa Polidano tkellmet ma’ Christie Gellel mill-Life Network Malta. Il-Life Network jagħmlu xogħol indispensabbli għaliex jgħinu nisa, żgħażagħ u kbar, biex iżommu t-tarbija li tkun qed tikber fil-ġuf biex ma jagħmlux abort. Huma mhux biss jgħinuhom psikoloġikament imma wkoll jagħtuhom l-għajnuna kollha li jkollhom bżonn. Filfatt jgħinuhom billi jekk ma jkollomx fejn joqgħdu joffrulhom kmamar f’dar biex iħossuhom siguri u jkomplu bit-tqala tagħhom. Hemm ukoll helpline 20330023 biex min ikun irid iċempel u anke ‘councelling ‘ għal min ikollu bżonn. Joffru wkoll edukazzjoni biex jippromovu l-ħajja. Ta’ min isemmi li fit-28 ta’ Novembru ser jorganiżżaw maratona biex ikunu jistgħu jkomplu bix-xogħol tagħhom.
SERJE
JIEN INT 2026/2027
Xerred it-tbissima