Mario Micallef
Mario Micallef huwa l-mistieden din il-ġimgħa ta’ Francesca Briffa Polidano . Huwa attur veteran li għandu ħafna x’jirrakkonta dwar ħajtu, il-karriera vasta tiegħu u anke dwar l-imħaba li għandu għal mara tiegħu Nathalie, u ovvjament ghat-tfal. Minħabba li għamel diversi karattri differenti Francesca staqsietu jekk hemm xi karattru li jibqa’ għal qalbu. Huwa semma meta kien jgħamel il-parti ta’ Ġesù fil-pazzjoni li kienet tittella’ l-Istitut Kattoliku, u wara fis-Santwarju Bażilika tal-Karmnu l-Belt, imma jsemmi wkoll meta nterpreta d-divina commedia bil-Malti fuq il-palk. Monologu li ħadlu diversi ġimgħat biex jitgħalmu bl-amment, li xi kultant ukoll kien imur xi tlett ijiet waħdu Għawdex biex żgur ikun ikkonċentrat. Moira Muscat, attriċi brava u simpatika, tkellmet dwar meta kienet f’xi parti fejn kien qed jidderieġi Mario, u qalet kemm kien jitlagħlu malajr imma l-ġurnata ta’ wara qisu qatt ma ġara xejn. Qalet kemm hu bniedem professjonali u jħobb kollox eżatt. Attur li jgħid li tgħallem ħafna min atturi oħra meta ta’ tifel kien imur l-Azzjoni Kattolika, fejn kien hemm ħuh George Micallef, li kien jipproduci d-drama fuq il-palk .