It-talb

E27

Veronica u Joe Farrugia f’dan il-programm ser jitkellmu ma’ Fr Karm Debattista mssp dwar it-talb. Ir-rakkont ser jiffoka dwar meta Ġesù talab fil-Ġnien taż-Żebbuġ. Jew kif insibuh ukoll il-Ġnien tal-Ġetsemani. Ġesù lill-appostli li kienu reqdin, qajjimhom biex jitolbu. Hu stess talab lill-Missier biex ibiegħed il-kalċi li kien ser jixrob għaliex kien diffiċli ħafna, u anke Ġesù li kien Alla beża’ minn dak li kellu jgħaddi minnhu. X’għandu jfisser it-talb għalina? Kif nitolbu? Tajjeb li nkunu fil-kwiet jew nistgħu nitolbu kullimkien? Jista’ jbiddel xi ħaġa li tkun ser tiġrilna t-talb? Hawnhekk tidħol il-fidi wkoll? Dawn u mistoqsijiet oħra ser jiġu mwieġba minn Fr Karm, waqt il-programm tal-lum. Aaron Fenech jaqra s-silta fuq kitba ta’ Fr Louis Mallia mssp. Produzzjoni Marthese Brincat Direzzjoni Viżiva ta’ Paul Jones u David Falzon Direzzjoni Fr Louis Mallia mssp

SERJE
SABIĦA L-ĦAJJA 2024/2025
Xerred it-tbissima

Ara Aktar

25min
Play
Il-Qawmien ta’ Sidna Ġesù Kristu
E28
24min
Play
Id-Dixxipli ta’ Emmaus
E29
25min
Play
L-Għalqa tal-Bdiewa
E30
24min
Play
Daħla Messjanika
E26
25min
Play
L-Għaxar Miniet
E25
23min
Play
Żakkew
E24
LURA GĦALL-FAĊĊATA