Podcast ma' Fr. Alex Busuttil
Ilu hafna snin fil-missjoni mssp fil-Peru. Huwa bniedem energiku u dejjem l-ghan u l-hidma tieghu kienet li jwaqqaf Sistema organizzattiva f’kull belt li kien fiha, u mbaghad jibda missjoni ohra f’zona ohra . Litteralment jibdieha mix-xejn. i.e. Johloq kcejjen ghall-fqar, jharreg nisa li ma jkunux jahdmu biex jitghallmu jqassmu l-ftit flus li jkollhom, jimpjega avukat biex jghinu lil-familji f’xi problema li tinholoq. Ghadu kif lesta klinika u jimpjega nurses, tobba, dentisti etc. Dejjem biex in-nies fqar li ma jistghux ihallsu jigu jiehdu l-ghajnuna f’din il-klinika. Organizza skejjel tat-tfal zghar – day care centres, jiehu hsieb dar tat-tfal – bhal din ta’ San Guzepp – u qed jeduka u jaghti dak kollu li ghandhom bzonn tfal li ma ghandhomx familji li jistghu jghixu maghhom. Il-lista hija hafna aktar twila imma dan jista jkompli fuqha hu.