Crisis Resolution Malta
Peres li t-Tnejn 30 t’Ottubru, NET TV ser ixandru il-Budget, dan il-programm għal din il-ġimgħa biss minflok ir-repetizzjoni tal-programm JIENINT l-ewwel xandira ta’ JIENINT ser tkun il-Ħadd. Fl-ewwel parti tal-programm Francesca Briffa Polidano ser tkellem ma’ Fr Karm Debattista mssp bl-aħħar kummenti dwar is-sagrament tal-Magħmudija. Fit-tieni parti Dr Mark Xuereb tkellem dwar id-dipressjoni, is-suwiċidju . X’inhuma l-affarijiet li għandna u m’għandnix ngħidu lill-persuni li għaddejjin bi problemi ta’ saħħa mentali? Dawn u ħafna aktar mistoqsijiet ser jiġu mwieġba minn Dr Mark Xuereb . Rev Prof Carlo Calleja ser iwieġeb għall-mistoqsija ‘X’tgħid il-knisja dwar min jagħmel is-suwiċidju? Produzzjoni eżekuttiva ta’ CPi Media. Produzzjoni ta’ Marthese Brincat, Fabian Demicoli u Miriam Christine Borg. Direzzjoni Televiżiva ta’ Fr. Louis Mallia mssp JIENINT nhar il-Ħadd 29 ta’ Ottubru fit-15:00 fuq NET TV.