Anzjani
Mons Charles Attard fl-ewwel parti tal-programm ser ikun il-mistieden ta’ Francesca Briffa Polidano fejn ser jitkellmu dwar IS-SAGRAMENT taż-Żwieġ. Iż-żwieġ minn dejjem kien kkunsidrat bħalha sagrament? X’ikun qiegħed jiġri fis-sagrament taż-Żwieġ? X’inhuma r-rekwiżiti biex żewġ persuni jidħlu fis-sagrament taż-żwieġ? IL-BNIEDEM LI MA JIMPURTAĦX MILL-ANZJANI. Joe Zahra id-direttur tal-APAN huwa l-mistieden ta’ Francesca fejn ser jitkellmu dwar kemm hu mportanti li l-anzjan jekk is-saħħa tkun tippermetti, jibqa’ attiv fis-soċjetà. X’tinvolvi l-ħidma soċjali mal-anzjani? L-anzjan fid-dar tal-anzjani jfisser li dawn ġew abbandunati mill-familjari? Xi rwol għandhom l-qraba tal-anzjani? Mario Azzopardi mill–MFAA jitkellem dwar il-bżonn li l-anzjan jibqa’ attiv. Produzzjoni eżekuttiva ta’ CPi Media. Produzzjoni ta’ Marthese Brincat, Fabian Demicoli u Miriam Christine Borg. Direzzjoni Televiżiva ta’ Fr. Louis Mallia mssp JIENINT nhar it-Tnejn 6 ta’ Novembru fl-22:00, repetizzjoni l-Ħadd fit-15:00 fuq NET TV.