Stqarrija għall-istampa
Knisja Waħda, Vjaġġ Wieħed qed torganizza sessjoni sabiex tindirizza t-trawma tal-femiċidju. Din qed issir bħala parti mid-diskussjonijiet spiritwali riċenti u fid-dawl tal-atti orribbli li bosta nisa qed jaffaċċjaw kuljum.
L-organizzazjoni tistieden il-pubbliku għal din il-konverżazzjoni spiritwali fil-21 ta’ Awwissu fil-5:30pm fil-Parroċċa tas-Swatar.
Lil hinn mill-kwistjonijiet politiċi u kulturali, il-femiċidju jġib miegħu ħafna wġigħ u jhedded li jkisser l-ispirti tagħna. Neħtieġu saħħa psikoloġika u spiritwali biex nipproteġu lilna nfusna mill-effetti sottili imma estensivi tiegħu filwaqt li nagħrfu l-ħsara li qed issir. Nistgħu ninġabru fit-talb bħala Nsara u nitolbu l-għajta ta’ Ġesù fuq is-salib: “Alla tiegħi, Alla tiegħi, għaliex tlaqtni?” — għajta li ħafna nisa jistgħu jirreletaw magħha llum.
Jekk tħossok milqut mill-femiċidji, tibża’ għas-sigurtà tiegħek jew ta’ wliedek u tistenna li tasal il-ġurnata meta l-patrijarka ssir xi ħaġa tal-passat, nistednuk li tattendi għal din il-konverżazzjoni spiritwali.
L-għan tagħha mhuwiex li jinstabu soluzzjonijiet jew insewwu sistema mkissra, iżda li noħolqu spazju sigur fejn inkunu nistgħu nesprimu d-diqa tagħna, inkunu ta’ appoġġ għal xulxin, u nfittxu t-tifsira f’din il-ħsara kbira. Nistgħu naħdmu flimkien sabiex infejqu u nsibu modi kif nipproteġu lilna nfusna mill-perikli u l-vjolenza tal-femiċidju.
Id-diskussjoni miftuħa għal kull min qed ifittex appoġġ spiritwali sabiex jittratta l-konsegwenzi tal-ħsara u l-uġigħ morali kkawżati mill-vjolenza kontra n-nisa. Il-konverżazzjoni spiritwali se ssir fil-21 ta’ Awwissu 2024 fil-5:30pm fil-Parroċċa tas-Swatar.
Il-konverżazzjonijiet spiritwali jagħmlu parti mill-proċess sinodali għat-tiġdid ekkleżjali Knisja Waħda, Vjaġġ Wieħed u jservu ta’ opportunità biex il-knisja lokali tistabbilixxi r-rwol tagħha f’Malta llum. Aħna mistiedna li nieħdu lill-ewwel evanġelizzatur, l-Appostlu San Pawl bħala eżempju, għax offra fejqan fl-ispirtu u xandar l-aħbar it-tajba fostna permezz tal-fejqan tal-morda u l-barka tal-“ħlewwa liema bħalha” (Atti 28:2) tal-Maltin.
Flimkien naraw x’qed jitlob minna l-Ispirtu bħala azzjonijiet konkreti ta’ kif bħala knisja f’Malta ħa noħorġu fi spirtu ta’ fejqan f’dan “l-isptar fuq il-kamp tal-battalja” bħalma jgħid il-Papa Franġisku.
Aqra iktar informazzjoni hawn.