Talba ta’ Santa Teresa de Ávila ddawwal qlubna b’wens u tama

Għalkemm inkitbet fis-16-il seklu, “Nada te Turbe” – talba ta’ Santa Tereża de Ávila – għadha tqanqal sens ta’ faraġ u wens f’kull min itenniha.

Teresa ta’ Ávila (1515-1582), imsejħa wkoll Santa Tereża ta’ Ġesù, kienet soru
Karmelitana, mistika u riformatriċi reliġjuża Spanjola prominenti.

Skont P. Silverio, l-editur tal-opri ta’ Santa Tereża, il-linji ta’ din it-talba nstabu fil-brevjar li kienet tuża fit-talb meta kienet qed tmut f’Alba de Tormes.

Tereża kienet figura ċentrali ta’ moviment ta’ tiġdid spiritwali u monastiku. Il-kitbiet tagħha jinkludu xogħlijiet prominenti dwar il-mistika u l-prattika tal-meditazzjoni Nisranija.

Nada te turbe
nada te espante
Todo se pasa
Dios nose muda.
La paciencia todo alcanza.
Quien a Dios tiene
nada le falta
Solo Dios basta.

Traduzzjoni għall-Malti:

Tħallix xi jtaqqlek,
Tħallix xi jbeżżgħek,
Kollox jgħaddi.
Alla huwa għal dejjem.
Il-paċenzja kollox twassal.
Min għandu ’l Alla xejn ma jonqsu.
Alla huwa biż-żejjed.

Lara Zammit – tbissima.mt

LURA GĦALL-FAĊĊATA