Sant’ Elena, Imperatriċi Rumana, kienet omm Kostantinu I, l-imperatur li waqqaf il-persekuzzjoni tal-insara u tahom il-libertà tal-qima fi ħdan il-fruntieri tal-imperu. Sant’ Elena hija akkreditata li sabet is-Salib Imqaddes li fuqu miet Kristu f’Ġerusalemm. Niċċelebraw il-festa tagħha fit-18 ta’ Awwissu.
Santa Elena hija magħrufa wkoll bħala ‘Elena ta’ Kostantinopli’ jew ‘Sant’ Elena tas-Salib’. L-insara jduru lejha meta xi ħaġa jew xi ħadd ikun tilef, biex bl-għajnuna tagħha jinstab dak li ntilef.
Talba lil Sant’ Elena
O qaddisa Elena,
Patruna tagħna mill-aktar maħbuba,
inti li minn qalbek ħabbejt is-Salib
u b’rieda sħiħa u b’perseveranza erojka
mxejt fuq il-passi tal Kristu Ġesu,
waqt li fittixt dejjem li tbati għalih,
bit-talb siewi tiegħek,
aqlagħli mingħand il-Mulej il-grazzja,
billi bħalu u sa l-aħħar, nimxi warajh,
waqt li nġorr is-Salib tiegħi ta’ kuljum,
biex hekk nasal fiż-żgur
fil-hena ta’ dejjem fis-sema.
Ammen