Talba għall-Papa Franġisku waqt il-marda gravi tiegħu

Mulej,

Kif Franġisku, il-Papa maħbub tagħna, qed ibati minn mard gravi,
aħna niġu quddiemek fit-talb.

Nitolbuk tħares bil-ħniena lejn il-qaddej tiegħek Franġisku,
li serviek ​​b’devozzjoni u bla heda
bħala Ġiżwita, saċerdot, arċisqof, kardinal u bħala Papa.

Fuq kollox, hu qdiek bħala Nisrani fidil
li ħa sehem fl-imħabba, il-ħniena u l-mogħdrija li Ibnek
wera ma’ dawk kollha li ltaqa’ magħhom fil-ministeru pubbliku tiegħu,
speċjalment dawk li kienu fqar jew li b’xi mod jitħabtu.

Matul il-papat tiegħu, Franġisku stinka biex jimita lil Ibnek
billi jilħaq lil dawk kollha li kienu qed iħossuhom abbandunati, injorati jew traskurati,
u għamilha l-kompitu speċjali tiegħu li jieħu ħsieb dawk li b’xi mod kienu morda.

Hekk kif Franġisku nnifsu issa jiffaċċja mard serju u kumpless,
għin lit-tobba, infermiera u t-tim mediku li jieħu ħsiebu,
għinu jġorr kull wġigħ bil-grazzja u għinu jfieq malajr.

Ibgħat l-Ispirtu s-Santu, in-nifs tiegħek stess, fil-pulmun imdgħajfa tiegħu
biex tfejjaqu; ispiraħ biex jerġa’ jqum
u jgħix il-vokazzjoni tiegħu ta’ Vigarju ta’ Kristu.

Imma jekk hi r-rieda tiegħek, O Alla, li tieħdu biex ikun miegħek,
ħalli li l-mogħdija tiegħu għal ħajja ġdida tkun bla tbatija u paċifika.
Dan kollu nitolbu fl-Isem Qaddis tiegħek.

Ammen

Fir-ritratt: Il-Papa Franġisku. Kreditu: Vatican Media. Ritratt via Catholic News Agency Access for Editors

LURA GĦALL-FAĊĊATA