Talba antika lil San Ġużepp  

Lara Zammit

Ix-xahar ta’ Marzu hu magħruf bħala x-xahar ta’ San Ġużepp u huwa mmarkat bil-festa tas-Solennità ta’ San Ġużepp fid-19 ta’ Marzu. 

Filwaqt li d-devozzjoni lejn San Ġużepp tista’ tiġi rintraċċata lura għall-Knisja fil-bidu tagħha, kien hemm biss ftit talb u knejjes li kienu ddedikati lilu matul l-ewwel millennju. 

San Ġużepp Mastrudaxxa (1855) ta’ Matevž Langus. Ritratt: Wikimedia Commons

Waħda mill-eqdem talbiet lil San Ġużepp hija skrizzjoni qasira ta’ sentenza waħda miktuba bil-Grieg. 

Il-ktieb tas-seklu 19 ta’ Edward Healy Thompson, The Life and Glories of St. Joseph, ifakkar f’din it-talb qasir. 

“L-epigrafu Grieg iskritt fuq ġawhra tar-raba’ jew il-ħames seklu miġjuba għad-dawl minn (Celestino) Cavedoni titkellem ħafna fuq il-fiduċja li kellhom fih l-Insara tal-bidu. Hekk tgħid, “O San Ġużepp, għinni fil-ħidma tiegħi u agħtini l-grazzja.” 

Din hija waħda mill-ftit talbiet li tista’ tiġi rintraċċata b’ċertezza sas-sekli bikrin tal-Knisja, u huwa xhieda li d-devozzjoni lejn San Ġużepp kienet preżenti fost l-ewwel Insara. 

LURA GĦALL-FAĊĊATA