Taf tagħmel ‘il-Ħobż ta’ San Ġużepp’? Hawn hi r-riċetta

Abel Camasca via Catholic News Agency

Fil-ktieb Dining with the Saints (2023), hemm riċetta speċjali għall-Ħobż ta’ San Ġużepp. Hawnhekk nistgħu nsibu l-ingredjenti u l-metodu biex forsi nitħajru naħmuh illum għall-festa tal-qaddis.

Skont il-Catholic News Registry, il-ktieb Dining with the Saints fih varjetà ta’ ikel u xorb f’ġieħ qaddisin famużi u mhux daqshekk magħrufa. Barra minn hekk, hemm varjetà wiesgħa ta’ platti skont l-istaġun liturġiku.

Il-ktieb inkiteb mill-kok u preżentatur tal-EWTN Patri Leo Patalinghug u l-espert tax-xorb Michael Foley. Fl-aħħar ta’ kull riċetta tista’ ssib kaxxa bit-titlu “Food for thought” b’messaġġi dwar il-fidi jew pariri minn qaddis.

L-introduzzjoni tispjega li Dining with the Saints joffri r-riżorsi li għandek bżonn għal ikla tal-familja b’saħħitha b’riċetti memorabbli.

Saint Joseph and the Christ Child ta’ Guido Reni. Ritratt: Wikimedia Commons

Ad unur San Ġużepp, bniedem prudenti u ġust, il-ktieb joffri din ir-riċetta ta’ ħobż ħelu għal erba’ persuni:

Ħobż ta’ San Ġużepp

Isservi 4
Ħin tat-tisjir: siegħa

Ingredjenti:

1 1/2 tazza ħalib fietel (40°C)
2 pakketti ħmira niexfa attiva
6 tazzi dqiq tal-ħobż
1/2 tazza zokor
2 kuċċarini melħ
4 mgħaref butir imdewweb
5 bajdiet kbar
1 mgħarfa ilma
1 kuċċarina żerriegħa tal-ħlewwa/anisi (anise seeds)
2 mgħaref ġulġlien

Riċetta ta’ ħobż ħelu f’ġieħ San Ġużepp. Ritratt: Dominju pubbliku

Direzzjonijiet:

1. Ħawwad il-ħalib fietel u l-ħmira fl-iskutella ta’ mixer. Ħawwad flimkien u serraħ it-taħlita għal 10 minuti sakemm tiffjorixxi l-ħmira.
2. Żid il-butir imdewweb, iz-zokkor u tazza waħda tad-dqiq u ħabbat fil-mixer għal madwar 2 minuti.
3. Żid 4 mill-bajdiet, iż-żerriegħa tal-anisi u tazza oħra dqiq u ħabbat għal 2 minuti oħra.
4. Uża l-ganċ tal-għaġina tal-mixer u żid id-dqiq li jifdal, nofs tazza kull darba, sakemm l-għaġina tibda tagħqad. (Skond id-daqs tal-bajd, jista’ ma jkollokx bżonn id-dqiq kollu.) Kompli għaġen l-għaġina għal madwar 3-4 minuti.
5. Ittrasferixxi l-għaġina għal skutella mdellka bil-butir jew iż-żejt, għatti b’xugaman tad-drapp, u ħalliha tqum f’post sħun sakemm tirdoppja fil-volum, f’madwar siegħa.
6. Aqsam l-għaġina fi 3 biċċiet indaqs.
7. Irrombla kull biċċa għaġina f’forma ta’ dudu twil oħxon ta’ madwar nofs pulzier jew pulzier oħxon u 20-22 pulzier twil. Agħmel l-għaġina f’forma ta’ malju b’mod laxk u daħħal it-truf tan-nisġiet taħt l-għaġina. Poġġi l-ħobża mmaljata fuq dixx miksija b’karta parċmina.
8. Saħħan il-forn għal 180°C.
9. Agħqqad l-ilma u l-bajda li jifdal biex tagħmel ħasla tal-bajd, u użaha biex tiksi l-ħobża.
10. Roxx b’mod ġeneruż il-parti ta’ fuq tal-għaġina bil-ġulġlien.
11. Aħmi għal 30-35 minuta jew sakemm issir kannella dehbien.
12. Ittrasferixxi l-għaġina għal xtilliera tal-wajer u ħalliha tistrieħ għal kwarta qabel ma taqta’ u sservi.

L-ikla t-tajba!

Traduzzjoni mħejjija minn Lara Zammit għal tbissima.mt. It-test oriġinali bl-Ingliż jappartjeni lill-Catholic News Agency. Dan l-artiklu kien ippubblikat oriġinarjament fuq ACI Prensa.

LURA GĦALL-FAĊĊATA