Riċetta għall-Biskuttini tal-Ferħ ta’ Santa Hildegard ta’ Bingen

Lara Zammit   

Hildegard ta’ Bingen kienet soru u mistika tas-seklu 12. Mexxiet klawsura, ikkomunikat ma’ Alla, tat pariri lir-rejiet u kkastigat lill-imperaturi. Apparti minn da’ kollu, għanda ukoll fil-repartorju tagħha l-biskuttini, msejjħa feliċiment ‘Biskuttini tal-Ferħ’.  

Il-kitbiet u ħsibijiet ta’ dil-qaddisa huma tant ta’ valur li fis-7 t’Ottubru tal-2012, il-Papa Benedittu XVI sejjaħha Duttura tal-Knisja.   

Illustrazzjoni minn wieħed mit-testi viżjonarji ta’ Hildegard, li juriha qed tirċievi viżjoni u tiddetta lill-iskribi tagħha. Ritratt: Wikimedia Commons 

Parti mill-ħsieb ta’ Santa Hildegard kien isib is-sura tiegħu fil-kċina u l-ġnien. Fil-kotba tagħha Physica u Causae et Curae, tiddeskrivi rimedji erbali u kulinari għal firxa vasta ta’ mard.   

Għal qalb dgħajfa, tipproponi kuċċarina “inbid għall-qalb” taʼ kuljum – taħlita ta’ tursin mgħolli, għasel u nbid. U għal kwistjonijiet ta’ melankolija, hija toffri “l-biskuttini tal-ferħ” tagħha, li fihom tuża bħala ingredjenti ewlenin id-dqiq tal-ispelt, noċemuskata, kannella u qronfol biex “jikkalma kull imrar tal-qalb u tal-moħħ, tiftaħ qalbek u s-sensi batuti u jkollok moħħok ferħan.”  

Filwaqt li l-ħajja ta’ Santa Hildegard kienet eċċezzjonali – minbarra l-kotba tagħha, hija kkomponet madwar 70 biċċa mużika u vvintat lingwa tagħha stess – ir-rimedji tad-dieta tagħha x’aktarx kienu l-inqas ħaġa mhux tas-soltu dwarha.  

Bandalora bis-soru Ġermaniża tas-seklu 12 Santa Hildegard ta’ Bingen imdendla fuq il-faċċata tal-Bażilika ta’ San Pietru il-Vatikan waqt Quddiesa fil-beraħ fejn il-Papa Benedittu XVI semmiha Duttur tal-Knisja fis-7 ta’ Ottubru 2012. Ritratt: Vatican Media/CNA 

Riċetta għall-Biscuttini tal-Ferħ  

Ingredjenti  

2-il magħrfa butir  
3/4 tazza zokkor ismar  
1/3 tazza għasel nej  
4 isfra tal-bajd  
2 1/2 tazzi dqiq tal-ispelt   
1 kuċċarina melħ  
1 magħrfa noċemuskata  
1 magħrfa kannella  
1 kuċċarina qronfol  

Metodu 

1. Dewweb il-butir, imbagħad żidu fi skutella maz-zokkor, l-għasel u l-isfar tal-bajd. Ħabbat bil-mod, imbagħad għaġen il-bqija tal-ingredjenti. Itfa’ l-għaġina għal siegħa fil-friġġ.  

2. Itfa’ ftit tqiq fuq il-wiċċ tal-mejda u mbagħad irrombla l-għaġina tal-biscuttini sakemm tiġi ħoxna madwar 6mm. Aqta’ l-għaġina fi ċrieki żgħar billi tuża forma apposta.  

3. Poġġi l-biskuttini fuq biċċa karta forno, imbagħad aħmi f’180°C għal 10 minuti, jew sakemm jidhru kannella dehbieni. Ħallihom jiksħsu ftit qabel ma’ tikolhom. 

L-ikla t-tajba!  

LURA GĦALL-FAĊĊATA