Pellegrini minn madwar id-dinja jgħaddu mill-Bieb Imqaddes tal-Bażilika ta’ San Pietru

Walter Sánchez Silva via Catholic News Agency

Pellegrini minn madwar id-dinja qed jgħaddu mill-Bieb Qaddis miftuħ tal-Bażilika ta’ San Pietru, li l-Papa Franġisku fetaħ lejlet il-Milied biex jibda l-Ġublew tal-2025.

Il-pellegrinaġġ għall-Bibien Mqaddsa tal-bażiliċi papali f’Ruma huwa att ċentrali tal-ġublew. Kreditu: Daniel Ibáñez/EWTN News
Il-pellegrinaġġ għall-Bibien Mqaddsa tal-bażiliċi papali f’Ruma huwa att ċentrali tal-ġublew. Kreditu: Daniel Ibáñez/EWTN News

Il-fidili minn partijiet differenti tad-dinja u minn oqsma differenti tal-ħajja diġà għaddew mill-Bieb Qaddis miftuħ li jissimbolizza lil Kristu.

"Il-bieb huwa miftuħ, miftuħ beraħ. M'hemmx għalfejn iħabbtu," iddikjara l-Papa Franġisku. Kreditu: Daniel Ibáñez/EWTN News
“Il-bieb huwa miftuħ, miftuħ beraħ. M’hemmx għalfejn iħabbtu,” iddikjara l-Papa Franġisku. Kreditu: Daniel Ibáñez/EWTN News

Fil-messaġġ tiegħu ta’ Jum il-Milied, il-Papa Franġisku fakkar li “il-bieb ta’ qalb Alla huwa dejjem miftuħ; ejjew nerġgħu lura għandu. Ejjew nerġgħu lura lejn il-qalb li tħobbna u taħfrilna.”

Pellegrini jaqsmu l-Bieb Imqaddes tal-Bażilika ta’ San Pietru fil-Vatikan fil-25 ta’ Diċembru 2024. Kreditu: Daniel Ibáñez/EWTN News
Pellegrini jaqsmu l-Bieb Imqaddes tal-Bażilika ta’ San Pietru fil-Vatikan fil-25 ta’ Diċembru. Kreditu: Daniel Ibáñez/EWTN News

“Ejjew inħallu lilna nfusna nkunu maħfura minnu, ejjew inħallu lilna nfusna nkunu rikonċiljati miegħu. Alla jaħfer dejjem, Alla jaħfer kollox; ejjew inħallu lilna nfusna nkunu maħfura minnu,” ħeġġeġ il-Missier.

Pellegrini jaqsmu l-Bieb Imqaddes tal-Bażilika ta’ San Pietru fil-Vatikan fil-25 ta’ Diċembru 2024. Kreditu: Daniel Ibáñez/EWTN News
Pellegrini jaqsmu l-Bieb Imqaddes tal-Bażilika ta’ San Pietru fil-Vatikan fil-25 ta’ Diċembru. Kreditu: Daniel Ibáñez/EWTN News

“Dan hu t-tifsira tal-Bieb Imqaddes tal-ġublew,” enfasizza l-Papa Franġisku. “Jirrappreżenta lil Ġesù, il-bieb tas-salvazzjoni miftuħ għal kulħadd.”

“Ġesù huwa l-bieb li l-Missier ħanin fetaħ f’nofs id-dinja, f’nofs l-istorja, biex ilkoll kemm aħna nkunu nistgħu nerġgħu lura lejh,” żied jgħid.

Pellegrini jaqsmu l-Bieb Imqaddes tal-Bażilika ta’ San Pietru fil-Vatikan fil-25 ta’ Diċembru 2024. Kreditu: Daniel Ibañez/EWTN News
Pellegrini jaqsmu l-Bieb Imqaddes tal-Bażilika ta’ San Pietru fil-Vatikan fil-25 ta’ Diċembru. Kreditu: Daniel Ibañez/EWTN News

“Ħuti, tibżgħux. Il-bieb huwa miftuħ, miftuħ beraħ. M’hemmx għalfejn iħabbtu,” qal il-Papa, biss biex jgħaddi minnu.

Nhar il-Ħamis infetaħ ukoll il-Bieb Imqaddes fil-ħabs ta’ Rebibbia. Fil-jiem li ġejjin, f’Ruma qed jinfetħu wkoll Bibien Mqaddsa oħra.

Pellegrini jaqsmu l-Bieb Imqaddes tal-Bażilika ta’ San Pietru fil-Vatikan fil-25 ta’ Diċembru 2024. Kreditu: Daniel Ibañez/EWTN News
Pellegrini jaqsmu l-Bieb Imqaddes tal-Bażilika ta’ San Pietru fil-Vatikan fil-25 ta’ Diċembru. Kreditu: Daniel Ibañez/EWTN News

Id-dati tal-ftuħ tal-Bibien Mqaddsa tat-tliet bażiliċi papali l-oħra f’Ruma, minbarra San Pietru, huma San Ġwann Lateran fid-29 ta’ Diċembru; Santa Marija Maġġuri fl-1 ta’ Jannar 2025; u San Pawl Barra l-Ħitan fil-5 ta’ Jannar 2025.

Il-Ġublew tat-Tama, li jiċċelebra l-2,025 anniversarju mit-twelid ta’ Ġesù, se jintemm uffiċjalment fis-6 ta’ Jannar 2026.

Traduzzjoni mħejjija u adattata minn Lara Zammit għal tbissima.mt. It-test oriġinali bl-Ingliż jappartjeni lill-Catholic News Agency.

Fir-ritratt: Il-Bieb Imqaddes tal-Ġublew “jirrappreżenta lil Ġesù, il-bieb tas-salvazzjoni miftuħ għal kulħadd,” innota l-Papa Franġisku. Kreditu: Daniel Ibáñez/EWTN News. Ritratti miġjuba permezz ta’ Catholic News Agency Access for Editors

LURA GĦALL-FAĊĊATA