Messaġġ tal-Paċi mill-Papa Franġisku 2024

Fil-bidu ta’ Sena Ġdida, żmien ta’ grazzja li l-Mulej jagħti lil kull wieħed u waħda minnha. Nixtieq nindirizza lil Poplu ta’ Alla, lin-nazzjonijiet, gvernijiet, mexxejja ta’ reliġjonijiet differenti u lis-Soċjeta Ċivili u lil kull raġel u mara bix-xewqa li għandi biex ngħaddilkom xewqat ta’ Paċi.
Qed ngħixu fiż-żmien impressjonanti ta’ teknoloġija avvanzata fl-isfera diġitali. Din toffri opportunitajiet eċitanti u anke riskji gravi, b’implikazzjonijiet serji. Wieħed jisaqsi: i. X’inhuma il-konsegwenzi u ii. X’impatt għandhom fil-ħajjiet individwali u tas-soċjeta’.
Qegħdin quddiem meżżi diġitali fi żmien li teknoloġija informattiva u l-iżvilupp tat-teknoloġiji diġitali qed jeffetwaw trasformazzjoni profondi. F’dan l-iżvilupp twieldet l-Intelliġenza Artifiċjali. Din kompliet tkabbar b’mod wiesa ħafna r-realtajiet differenti f’dan il-qasam. Quddiem dan kollu nistgħu naċċertaw ruħna li dan li-iżvilupp ser ikun kontribut għall-futur. Nistgħu nkunu xi ftit ċerti jekk nieħdu azzjonijiet responsabbli filwaqt li nirrispettaw il-valuri umani fundamentali: l-inkluzjoni, trasparenza, sigurta’, privatezza, ugualita’ u fiduċja.
Din l-Intelligenza Artificjali qed tmiss bi sfida oqsma mportanti umani:

  • Fit-teknika
  • Fl-antropoloġija
  • Fl-edukazzjoni
  • B’mod soċjali
  • U fl-isfera politika.

L-Intelliġenza Artifiċjali trid taqdi bl-aħjar mod il-potenzjal uman u l-aspirazzjonijiet għoljin tagħna; u mhux tikkompeti magħhom.
Fil-kamp tax-xogħol l-intelliġenza fil-magni ukoll qed tbiddel postna fl-impiegi. Il-post tax-xogħol ma jistgħux jassorbuhom il-magni u nidħlu f-riskju ieħor: ġid għal ftit u l-ħafna jibqgħu fqar. Quddiem dan ir-riskju trid tinżamm id-dinjita’ tal-ħaddiem u l-importanza tal-individwi, soċjetajiet, mas-sigurta’ tax-xogħol u l-pagi.
Anki quddiem l-etika, armamenti awtomatiżżati bl-Intelligenza Artificjali. Kull deċiżjoni li tista tittieħed qatt ma tista’ tkun responsabbli moralment. U naħseb li l-Intelliġenza Artifiċjali trid tintuża mhux biex tmexxi gwerra imma biex issib il-paċi. U dan għandu ikun xewqa kbira li jinstab l-aħjar għall-futur tad-dinja.
Quddiem l-għażliet etiċi l-bniedem irid isib il-mod li jifformula, jadotta, jinforza qafas regolatorju.
Il-Papa jkompli billi jgħid li l-proċess għad-dixxerniment etiku u ġuridiku joffri opportunita’ prezzjuża u dan irid isir minn kulħadd anke mill-fqar, dawk bla poter u l-iskartati. Ħadd ma għandu jitħalla barra.
Hekk l-Intelliġenza Artifiċjali sservi il-kawża tal-Fraternita’ Umana u l-Paci. Mhix ir-responsabilta’ tal-ftit imma tal-familja umana kollha. Hekk anke il-Paci frott ta’ relazzjonijiet, dinjita’, ko-operazzjoni u impenn għal żvilupp veru.
Il-Papa jagħmel sejħa lil Kristjani kollha u lil bnedmin kollha biex :

  • naħdmu għall-armonija
  • naċċettaw l-opportunitajiet
  • naffrontaw l-isfidi

ġejjin mir-rivoluzzjoni diġitali biex noffru lill-ġenerazzjonijijet futuri dinja aktar Solidari u Ġusta u fil-Paci.

LURA GĦALL-FAĊĊATA