Messaġġ ta’ mħabba mingħand Kristu Rxoxt lil Santa Tereża ta’ Ġesù

Abel Camasca via ACI Prensa

F’din l-ewwel ġimgħa wara l-Għid, niftakru f’fatt ftit magħruf fil-ħajja ta’ Santa Tereża ta’ Ġesù, fejn kitbet li Ġesù Rxoxt deherilha u taha messaġġ importanti. Dan l-avvaniment imbagħad sab ruħu f’opra tal-arti.

Santa Tereża (1515-1582) taqsam din l-esperjenza mistika fil-ktieb tagħha Las Moradas, magħruf ukoll bħala The Interior Castle, li fih il-qaddisa tħeġġiġna naraw r-ruħ bħala kastell, “fejn hemm ħafna kmamar, u allura hemm ħafna residenzi.”

“Il-bieb biex tidħol f’dan il-kastell hu t-talb u l-konsiderazzjoni,” tenfasizza Santa Tereża. F’dan is-sens, hi tiżviluppa sebat ‘ikmamar’ fi ħdan dal-kastell interjuri tar-ruħ.

Santa Tereża ta’ Ġesù tikkontempla lil Kristu rxoxtat fil-pittura Aparición de Cristo Salvador a Santa Teresa de Jesús ta’ Alonso Cano. Ritratt: Dominju Pubbliku/Wikipedia Commons

Malli tilħaq is-Seba’ Kamra, fit-tieni kapitlu, Santa Tereża titkellem dwarha nnifisha fit-tielet persuna u tiddeskrivi li jum meta, wara li tqarbnet, deher quddiema Kristu “fl-għamla ta’ splendur kbir u ġmiel u maestà, kif kien wara li rxoxta.”

Ġesù qalilha li kien “wasal iż-​żmien li tieħu l-​affarijiet f’idejha.”

L-avveniment f’xogħol tal-arti

Dan il-mument mistiku fil-ħajja ta’ Santa Tereża huwa rappreżentat f’xogħol artistiku bl-isem Aparición de Cristo Salvador a Santa Teresa de Jesús, mill-pittur Spanjol Alonso Cano (1601-1667).

Skont is-sit tal-Mużew ta’ Prado, fix-xbieha, il-qaddisa tidher “tinkina quddiem id-dehra ta’ Kristu Rxoxt”, u jindika li huwa bbażat fuq l-istorja ta’ Las Moradas deskritt qabel.

Bl-istess mod, ssemmi li “mill-aspett Karmelitan, id-dehra ta’ Kristu Rxoxt lil Santa Tereża huwa ekwivalenti għaż-żwieġ mistiku bejhom it-tnejn”.

Traduzzjoni mħejjija u adattata minn Lara Zammit għal tbissima.mt. It-test oriġinali bl-Ispagnol jappartjeni lill-Catholic News Agency. Dan l-artiklu kien ippubblikat oriġinarjament fuq ACI Prensa.

LURA GĦALL-FAĊĊATA